07/06 – Mixja ma’ Mario Coleiro – Il-Belt Valletta – 7 ta’ Gunju
€5.00 – €10.00
Description
Additional Information
Ingħaqdu magħna għal mixja oħra ma’ Mario Coleiro, din id-darba fil-Belt Valletta, nhar is-7 ta' Ġunju, festa pubblika. Flimkien se nesploraw l-avvenimenti storiċi li wasslu biex dan il-jum bqajna nfakkruh fuq livell nazzjonali sal-lum il-ġurnata, waqt li nterrqu fl-istess toroq fejn dawn il-ġrajjiet seħħew.
Niltaqgħu fl-10:00 quddiem il-Każin Malti (Pjazza Reġina), fejn se nitkellmu fuq episodju kruċjali fl-irvellijiet li seħħew fl-1919. Wara nimxu lejn Misraħ San Ġorġ u niskopru aktar dwar il-Main Guard, imbagħad naqbdu rotta li tgħaddina minn aktar toroq u mkejjen li raw dan l-episodju importanti jintiseġ - fosthom Triq it-Teatru, Triq l-Ifran, Triq San Ġwann u Triq ir-Repubblika.
Lejn nofs il-mixja se nżuru l-Mużew tal-Arkeoloġija, li dak iż-żmien kien il-Union Club u li wkoll ġie attakkat waqt l-irvellijiet. Hawnhekk se nagħmlu waqfa qasira għall-kafè. Wara nkomplu l-mixja lejn id-dar ta’ Fransia, il-Parlament il-ġdid, Triq il-Merkanti u Triq Santa Luċija, fejn komplew jintisġu l-ġrajjiet ta' dak il-jum. Fl-aħħar se nimxu lejn il-Liċeo u nibqgħu sejrin lejn il-monument li jfakkar l-irvellijiet tas-7 ta’ Ġunju f’Misraħ San Ġorġ, fejn intemmu l-mixja tagħna.
Titlifx din l-opportunità unika biex tisma' r-rakkonti fl-imkejjen stess fejn seħħew! Il-biljetti jiswew €10 għall-adulti, u €5 għall-anzjani, l-istudenti, tfal sa 11-il sena, u membri ta’ Heritage Malta. Irriserva postok minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online hawnhekk: Store - Heritage Malta
| Type | Adult, Senior, Student, Children, Member |
|---|



