Description
Additional Information
Wieqfa fil-qalba tal-pjanura għolja tax-Xagħra, il-Ġgantija hija xhieda qawwija ta’ dak li missirijietna rnexxielhom jagħmlu fin-Neolitiku, grazzi għall-intelliġenza, il-kreattività, u l-ħila teknika tagħhom.
Fit-23 ta' Mejju, Heritage Malta qed tistiednek tesperjenza dan is-Sit ta’ Patrimonju Dinji, kif dikjarat mill-UNESCO, f’dawra gwidata waqt inżul ix-xemx. Wara d-dawra, naqqar xi ħaġa magħna waqt li tgawdi l-veduti panoramiċi ta’ dan is-sit preistoriku uniku fl-aħħar imrieżaq tal-jum.
Din se tkun ukoll opportunità perfetta biex tpartat kelma magħna, tistaqsina kulma tixtieq, u timraħ iżjed fil-fond fl-istorja għanja ta’ din l-istruttura Neolitika.
Id-dawra se tkun kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, u tibda fis-6.30pm.
| Type | Adult, Senior, Student, Children, Member |
|---|



